Play area ġdida fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

Play area ġdida fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

Fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo kienet inawgurata play area ġdida li saret mill-Fondazzjoni RE/MAX & Friends f’isem Puttinu Cares. Din il-play area saret f’bitħa u kamra li kien hemm diġà f’Rainbow Ward u li issa se jkollha użu biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jaqtgħu x-xewqa tagħhom li bħal tfal oħra jilgħabu u jgawdu l-familja tagħhom.

Proġett li ġie inawgurat mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-preżenza tal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-management ta’ Remax u staff f’isem Puttini Cares.