Solidarjetà mal-poplu Spanjol wara l-attakki ta’ Barċellona

Solidarjetà mal-poplu Spanjol wara l-attakki ta’ Barċellona

​Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wassal is-solidarjetà tal-poplu Malti lill-poplu Spanjol wara l-attakki ta’ Barċellona li ħallew b’kollox total ta’ 14-il persuna mejta. Ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru ffirma l-ktieb ta’ kondoljanzi f’isem il-Gvern u l-poplu Malti fl-Ambaxxata Spanjola, fejn ġie milqugħ mill-Ambaxxatur José Pons.