Jiggradwaw 154 tabib ġdid

Jiggradwaw 154 tabib ġdid

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ laqa’ għal riċeviment lil 154 tabib ġdid li fil-ġranet li ġejjin se jkunu qegħdin jiggradwaw.

Id-Deputat Prim Ministru fakkar lil dawn iż-żgħażagħ fl-importanza tal-professjoni li għażlu, professjoni li se tkun qed twassal biex ikollhom kuntatt dirett ma’ persuni fl-aktar mumenti delikati tagħhom.

“Fil-professjoni tagħkom, aktar minn professjonijiet oħra, m’għandkhom tiefqu qatt milli taġġornaw ruħkom. It-teknoloġija fil-qasam mediku llum mhijiex dik li kienet 20 sena ilu u tal-lum mhux se tkun dik ta’ għaxar snin oħra, għalhekk għandkom dejjem taġġornaw ruħkom ma’ dak li jkun qiegħed jiġri fil-qasam mediku”, qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.​