Emendi fil-liġi għall-użu mediku tal-kannabis

Emendi fil-liġi għall-użu mediku tal-kannabis

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li se jkun qed jippreżenta Avviż lill-Iskrivan tal-Kamra biex ikun emendat Artiklu 10 tad-Drug Dependence Act.

Dawn l-emendi se jkollhom l-għan li jwessgħu l-Att tal-2015, biex il-prodotti tal-kannabis li jistgħu jiġu preskritti mit-tobba jinkludu wkoll prodotti manifatturati taħt GMP.

“Qegħdin inressqu dawn l-emendi wara li rajna li l-liġi tal-2015 kienet difficli biex titħaddem u wara talba minn numru kbir ta’ pazjenti u numru ta’ tobba”, qal id-Deputat Prim Ministru.

Se jkun it-tabib li jitlob il-permess biex pazjent partikolari tinħariġlu control card għall-mediċina magħmula mill-kannabis. Dawn il-prodotti se jkunu jistgħu jinxtraw mingħand l-ispiżjar.