Laqgħa bejn l-Istati Membri u l-kumpaniji tal-farmaċewtika f’pajjiżna

Laqgħa bejn l-Istati Membri u l-kumpaniji tal-farmaċewtika f’pajjiżna

Fil-Ministeru għas-Saħħa saret laqgħa bejn rappreżentati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kumpaniji ewlenin tal-farmaċewtika fl-Ewropa u gruppi li jirrapreżentaw lill-pazjenti.

Din il-laqgħa tkompli tibni fuq punti importanti li kienu diskussi tul il-Presidenza Maltija rigward il-qasam tas-saħħa, speċjalment dwar koperazzjoni aktar miftuħa bejn l-Istati Membri u l-kumpaniji tal-farmaċewtika biex aktar pazjenti jkollhom aċċess għall-mediċina.

Matul il-Presidenza Maltija kienet ġiet iffirmata wkoll il-Valletta Decleration bejn tmien pajjiżi biex flimkien jikkollaboraw f’dak li għandu x’jaqsam xiri ta’ mediċini.

Waqt li indirizza din il-laqgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li l-budget tas-saħħa mhux infinit u għalhekk kull gvern irid jara li jonfoq il-budget tiegħu bl-aktar mod bil-għaqal. Id-Deputat Prim Ministru qal li kull darba li jkun hemm problema jkunu l-pazjenti l-aktar li jbatu. Żied jgħid li l-għan ta’ din il-laqgħa hija biex jinstab mod kif issir aktar kommunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-kumpaniji tal-farmaċewtika sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw aħjar trattamenti għall-pazjenti u fl-istess ħin tibqa’ tinżamm is-sostenibbiltà tal-qasam tas-saħħa.

Matul din il-laqgħa ġew identifikati l-isfidi ewlenin li għandha tittieħed azzjoni fuqhom.