Pjan biex neliminaw l-Epatite Ċ minn pajjiżna sal-2025

Pjan biex neliminaw l-Epatite Ċ minn pajjiżna sal-2025

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne nieda pjan nazzjonali għall-konsultazzjoni biex tiġi eliminata l-Epatite Ċ minn pajjiżna.

F’pajjiżna huwa stmat li hawn madwar 1,000 persuna li tbati bl-Epatite Ċ, fi stadji differenti.

Id-Deputat Prim Ministru spjega kif fl-aħħar ftit snin ġiet prodotta mediċina li tfejjaq l-Epatite. Dak iż-żmien, il-kumpaniji tal-mediċini kienu qegħdin jitolbu madwar €75,000 għal kull trattament tal-mediċina. Issa din il-mediċina ġiet negozjata bi prezz aħjar u b’hekk se tkun qed tingħata lil firxa akbar ta’ pazjenti kull sena, biex sal-2025, dan il-virus ikun elimnat minn Malta.

“Il-pjan nazzjonali għall-eliminazzjoni tal-Epatite Ċ, ma jinkludiex biss it-trattament, iżda jinkludi wkoll pjan għall-prevenzjoni, edukazzjoni u dijanjosi kmieni,” qal id-Deputat Prim Ministru u  Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.​​