Il-futur tas-saħħa mentali f’pajjiżna diskuss waqt laqgħa mal-Alleanza għas-Saħħa Mentali

Il-futur tas-saħħa mentali f’pajjiżna diskuss waqt laqgħa mal-Alleanza għas-Saħħa Mentali

F’laqgħa li saret bejn l-Alleanza għas-Saħħa Mentali, it-tmexxija tal-Isptar Monte Carmeli u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne kienu diskusss l-pjanijiet futuri għall-qasam tas-saħħa mentali.
Id-Deputat Prim Ministru spjega li fil-preżent għaddej xogħol kbir f’dan il-qasam maqsum f’erba’ binarji differenti.
L-ewwel binarju huwa l-isptar Monte Carmeli nnifsu, sptar li fil-preżent għaddej minn xogħol kbir ta’ ristrutturar. Apparti dan għaddej ukoll pjan ta’ organizzazzjoni mill-ġdid ta’ kull sala f’dan l-isptar.
It-tieni binarju huwa l-isptar akut għall-mard mentali, sptar li diġà hemm s-sit għalih u li fil-preżent qed tinkiteb il-medical brief għal dan l-isptar.
It-tielet binarju hija l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa għall-2020-2030 li se tinkludi wkoll bi prominenza s-saħħa mentali. Din l-istrateġija qed issir mill-Ministeru għas-Saħħa b’kollaborazzjoni ma’ Barts University ta’ Londra.
Ir-raba’ binarju huwa li jkomplu jissaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità.