Jitressqu emendi għal-liġi għall-protezzjoni tal-embrijuni

Jitressqu emendi għal-liġi għall-protezzjoni tal-embrijuni

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa lbieraħ ressaq l-Ewwel Qari fil-Parlament tal-emendi għal-liġi għall-protezzjoni tal-embrijuni.

Dawn l-emendi se jneħħu d-diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali meta wieħed ikollu bżonn trattamenti għall-infertilità kif inhu l-IVF.

Permezz ta’ dawn l-emendi se jkun possibbli biex f’pajjiżna jkun hawn donazzjonijiet ta’ ċelloli ta’ bajd u ta’ sperma.

Permezz ta’ din il-liġi, anke biex tibqa’ mħarsa d-dinjità tal-embrijun, l-iffriżar tal-embrijun se jkun marbut mal-adozzjoni tal-embrijun.

Dawn l-emendi se jwasslu wkoll biex fil-ġimgħat li ġejjin jiġi ppubblikat dokument għal diskussjoni pubblika li se tiddiskuti s-surrogacy b’mod altruwistiku.

Dawn l-emendi se jiżguraw li l-Pre-Implantation Genetic Diagnosis – tekniċi li jiċċekkjaw jekk hemmx difetti fl-embrijuni se jkunu projbiti.

F’kumment li ta, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li b’dawn l-emendi aktar persuni se jkollhom l-opportunità li jkollhom ġenitur filwaqt li tibqa’ tiġi mħarsa d-dinjità tal-embrijun.​