Nofs miljun riċetta għall-mediċini tal-POYC miktuba b’mod elettroniku

Nofs miljun riċetta għall-mediċini tal-POYC miktuba b’mod elettroniku

Hekk kif sentejn u nofs ilu ġiet introdotta sistema fejn it-tobba tal-familja setgħu jibdew jiktbu r-riċetti għall-mediċini b’mod diġitali, sal-lum inkitbu man-nofs miljun riċetta b’mod diġitali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li din is-sistema fiha numru ta’ vantaġġi, hekk kif fost oħrajn hija sistema li tnaqqas liż-żbalji kif ukoll tara li jkun hemm kontinwità fil-kura li tingħata lill-pazjent, anke minn tobba differenti.

Fl-aħħar xhur minn 90 tabib li bdew jagħmlu użu minn din is-sistema fl-aħħar xhur dan in-numru tela’ għal 284.

“L-għan tagħna hu li din is-sistema tibqa’ tinfirex aktar fost it-tobba tal-familja, li diġà rajna appoġġ kbir għal din is-sistema mill-Assoċjazzjoni tat-Tobba tal-Familja, biex b’hekk aktar pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw billi l-kura medika tagħhom tkun aktar aċċessibbli għat-tobba,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.